Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  •  
  • Skopri aktar
  • Ewrobarometru
  • Il-Liġi tal-UE
  • Rokna tat-tagħlim
  • Europa Web Guide
  • European Commission visual identity
  •  
  • Skopri aktar
  • Impjiegi
  • Finanzjament u offerti
  • Avvenimenti
  • Il-Kummissjoni Ewropea fuq il-midja soċjali
  •  
  • Skopri aktar
  • Flimkien nilħqu l-miri tagħna u nħejju lill-Unjoni tagħna għall-futur

    Ħarsa ġenerali

    Matul dawn l-aħħar 5 snin, l-UE wittiet it-triq lejn programm ta’ modernizzazzjoni ambizzjuż. Matul dan il-mandat, il-Kummissjoni Ewropea se tiffoka fuq l-implimentazzjoni, l-investiment u r-riforma biex tħejji għall-futur. Dan se jinvolvi l-iżvilupp ta’ baġit tal-UE aktar sempliċi u li jħalli impatt akbar biex il-fondi jiġu pprovduti fejn huma l-aktar meħtieġa; l-implimentazzjoni ta’ riformi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb ta’ unjoni akbar u t-tisħiħ tas-sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. Il-ħidma f’dawn l-oqsma se tolqot l-azzjonijiet dwar il-prijoritajiet l-oħra tagħna u se tirrikjedi lill-istituzzjonijiet u l-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien bħala tim.

    X’appoġġ joffri l-baġit tal-UE?

    31.5 miljun
    persuna bbenefikaw mill-appoġġ biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE, support to mitigate unemployment risks in an emergency) fl-2020
    €270 biljun
    żborżati għall-irkupru ekonomiku tal-pajjiżi tal-UE bis-saħħa tan-NextGenerationEU

    Objettivi

    • Icon_turquoise
      Baġit ġdid adattat għall-ambizzjonijiet tagħna

      biex nużaw il-kapaċità finanzjarja tagħna bl-aħjar mod possibbli

    • Icon_turquoise
      Aġenda ta’ riforma ambizzjuża għall-Ewropa

      biex niżguraw il-funzjonament tajjeb ta’ Unjoni akbar

    • Icon_turquoise
      Tisħiħ tas-sħubija mal-Parlament Ewropew

      biex niksbu r-riżultati flimkien b’mod aktar effettiv

    Kif se nilħqu l-objettivi tagħna

    Matul il-mandat tal-Kummissjoni bejn l-2024 u l-2029, u bl-għan li nżommu lill-Ewropa fit-triq tagħha ta’ modernizzazzjoni u tħejjija għall-futur, se nwasslu

    Baġit ġdid adattat għall-ambizzjonijiet tagħna

    Aġenda ta’ riforma ambizzjuża għall-Ewropa

    Sħubija msaħħa mal-Parlament Ewropew

    Progress s’issa

    Immonitorja, segwi, u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi fil-qafas ta’ din il-prijorità.

    1. Lulju 2025

      Il-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ambizzjuż u dinamiku għall-2028–2034, li jammonta għal kważi €2 triljun

    2. Novembru 2023

      Il-Kummissjoni tniedi ċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew tal-2024 li jgħin jidentifika l-isfidi ekonomiċi u soċjali fl-UE

    Fiċ-ċentru tal-attenzjoni

    Suġġetti relatati

    Min hu inkarigat?

    Portrait of Raffaele Fitto

    Il-Viċi President Eżekuttiv għall-Koeżjoni u r-Riformi

    Portrait of Maroš Šefčovič

    Il-Kummissarju għall-Kummerċ u għas-Sigurtà Ekonomika kif ukoll għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u għat-Trasparenza

    Portrait of Valdis Dombrovskis

    Il-Kummissarju għall-Ekonomija u għall-Produttività kif ukoll għall-Implimentazzjoni u għas-Simplifikazzjoni

    Portrait of Piotr Serafin

    Il-Kummissarju għall-Baġit, għall-Ġlieda Kontra l-Frodi u għall-Amministrazzjoni Pubblika