Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  •  
  • Skopri aktar
  • Ewrobarometru
  • Il-Liġi tal-UE
  • Rokna tat-tagħlim
  • Europa Web Guide
  • European Commission visual identity
  •  
  • Skopri aktar
  • Impjiegi
  • Finanzjament u offerti
  • Avvenimenti
  • Il-Kummissjoni Ewropea fuq il-midja soċjali
  •  
  • Skopri aktar
  • Il-midja soċjali: ingħaqdu mal-Kummissjoni Ewropea

    Segwi lill-Kummissjoni fuq il-midja soċjali

    Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta ħidmietha fuq bosta mezzi tal-midja soċjali mill-aktar użati. Nistidnuk tagħti sehmek fil-konverżazzjonijiet li jkollna fuq il-profili tagħna u li xxerred il-kontenut tagħna.

    Il-politika tal-moderazzjoni tal-midja soċjali

    Aħna nieħdu pjaċir naqraw fehmiet u opinjonijiet differenti iżda ma naċċettawx kummenti offensivi jew li jistgħu jweġġgħu lil ħaddieħor. 

    Nitolbukom tkunu rispettużi fi kliemkom u tevitaw il-lingwaġġ xewwiexi, insulenti jew offensiv. Nitolbukom tirrispettaw lill-parteċipanti l-oħra u l-prinċipji fundamentali komuni tagħna lkoll. Aħna nistmerru r-razziżmu, il-ksenofobija, id-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon, l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, u l-bqija. Ma nittolleraw l-ebda inċitament għall-vjolenza. U għalhekk il-kontenut li jikser il-politika tal-moderazzjoni tagħna se jitneħħa.

    Nitolbukom iżżommu mas-suġġett tal-posts tagħna. L-ispam ma nittollerawhx u se nneħħu kull kumment b’links suspettużi. Nitolbukom ukoll tevitaw li taqsmu informazzjoni qarrieqa, speċjalment jekk din tista’ tagħmel ħsara lil ħaddieħor jew tkun maħsuba għall-gwadann personali.  

    Nemmnu ferm li l-paġna tagħna għandha tkun spazju sikur u akkoljenti, fejn kulħadd jista’ jħossu komdu jaqsam fehmietu.  Għalhekk jaf ikollna naħbu jew inneħħu xi kummenti, u l-parteċipanti li jiksru ripetutament il-politika tal-moderazzjoni tagħna jistgħu jitneħħew għalkollox.

    L-intenzjoni tagħna hi li nwieġbu kemm jista’ jkun mistoqsijiet fl-iqsar żmien possibbli. Ma weġibniex il-mistoqsija tiegħek? Iktbilna fuq comm-social-media-teamatec [dot] europa [dot] eu (comm-social-media-team[at]ec[dot]europa[dot]eu)

    Drittijiet tal-awtur

    Il-kontenut fil-profili tal-midja soċjali tal-Kummissjoni Ewropea hu soġġett għal dan l-avviż standard tad-drittijiet tal-awtur:  

    Mistoqsijiet

    Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-Kummissjoni Ewropea u l-attivitajiet tagħha, tista’ tikkuntattjana.

    Ċaħda tar-responsabbiltà

    L-ideat u l-fehmiet espressi mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-midja soċjali huma għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. L-ebda komunikazzjoni fuq il-midja soċjali m’għandha titqies li tikkostitwixxi avviż legali jew uffiċjali f’isem il-Kummissjoni Ewropea.

    Protezzjoni tad-data fuq il-midja soċjali

    Il-Kummissjoni Ewropea tuża l-midja soċjali biex tippreżenta ħidmietha. Il-profili tal-midja soċjali tal-Kummissjoni Ewropea tista’ taċċessahom direttament mis-sit web tagħna.  

    Il-buttuni tal-midja soċjali fuq is-sit web tagħna ma jerfgħux id-data tiegħek, u ma jibagħtukx f’xi siti esterni, sakemm ma tkunx għafast fuqhom inti stess. Meta tagħmel dan, inti se tintalab taċċetta l-politiki tal-cookies ta’ dawk il-pjattaformi.  

    Kull pjattaforma tal-midja soċjali (bħal YouTube, X, LinkedIn, Facebook, Instagram, u oħrajn) għandha l-mod tagħha kif tittratta d-data personali tiegħek. Jekk imħassbin fuq il-mod kif il-pjattaformi tal-midja soċjali qed jużaw id-data tiegħek, tajjeb taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom qabel tużahom.  

    Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-politika tal-privatezza b’rabta mal-preżenza tagħna fuq il-midja soċjali, aqra d-dikjarazzjoni tal-privatezza tagħna.