Il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew
Il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew
It-testi adottati fil-plenarja biss jirrappreżentaw il-pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew.
It-testi adottati fil-kumitat jirrappreżentaw il-fehma tal-Kumitat.
Id-dokumenti preparatorji jirrappreżentaw il-fehma tal-Membru tal-PE li jkun iffirma d-dokument.
Kulħadd jista’ jivverifika l-istatus ta’ kwalunkwe ħidma leġiżlattiva u jsib abbozzi preparatorji, bidliet issuġġeriti u pożizzjonijiet possibbli tal-minoranzi permezz tal-hekk imsejħa Skeda tat-Tren Leġiżlattiv u fuq l-Osservatorju Leġiżlattiv.
Huma disponibbli wkoll online
- ir-riżultati tal-votazzjonijiet nominattivi fil-plenarja
- il-minuti tad-dibattiti plenarji
- u l-aġenda tal-plenarja
Xi eżempji konkreti dwar l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE għaċ-ċittadini u r-reġjuni tal-UE jistgħu jinstabu fuq is-sit web X’qed tagħmel għalija l-Ewropa.