Il-pubblikazzjonijiet
Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jiżgura l-integrità tal-informazzjoni. Allinjat ma’ dan l-impenn, il-Parlament Ewropew jippubblika skedi informattivi li jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jenfasizzaw ir-rwol tal-Parlament. L-iskedi informattivi huma organizzati tematikament u jistgħu jitniżżlu fil-format PDF.
Is-servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) jippubblika wkoll għadd kbir ta’ dokumenti ta’ politika dwar suġġetti li huma fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew. Dawn ivarjaw minn sommarji ta’ paġna waħda għal studji dettaljati. Barra minn hekk, kull xahar l-EPRS jaġġorna l-portal tat-Tren Leġiżlattiv, li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-proċeduri leġiżlattivi kollha li għaddejjin.
Il-pubblikazzjonijiet u l-materjal għall-qari dwar il-Parlament Ewropew jistgħu jintalbu wkoll, mingħajr ħlas, mill-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew, li jeżistu fil-pajjiżi kollha tal-UE.
Xi eżempji konkreti dwar l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE għaċ-ċittadini u r-reġjuni tal-UE jistgħu jinstabu fuq is-sit web X’qed tagħmel għalija l-Ewropa.