Il-programmi għaż-żgħażagħ 

Il-Parlament Ewropew joffri varjetà wiesgħa ta’ programmi mfassla biex jinvolvu liż-żgħażagħ fid-demokrazija tal-UE. Dawn l-inizjattivi jipprovdu l-opportunità liż-żgħażagħ biex japprofondixxu l-fehim tagħhom dwar l-UE, jipparteċipaw fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u jikkontribwixxu b’mod attiv għat-tiswir tal-futur tal-Ewropa. Permezz ta’ diversi esperjenzi edukattivi u interattivi, il-Parlament Ewropew irawwem sens ta’ responsabbiltà ċivika u jagħti s-setgħa lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ ċittadini tal-UE.


Iċċekkja l-Youth Hub biex tiskopri l-opportunitajiet kollha għaż-żgħażagħ.