Il-Parlament Ewropew kif isawwar il-baġit tal-UE?
Il-Parlament jistabbilixxi l-baġit annwali tal-UE flimkien mal-Kunsill. Madankollu, il-baġits annwali jridu jikkonformaw mal-parametri stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE, stabbilit għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin. Dan il-baġit fuq terminu twil jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament.
Il-Parlament Ewropew għandu wkoll rwol kruċjali fl-iskrutinju tal-infiq tal-baġit tal-UE permezz tal-“proċedura ta’ kwittanza” annwali.
B’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew japprova l-kontijiet annwali u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex titjieb il-ġestjoni tal-baġit, jivverifika jekk il-Kummissjoni Ewropea tirrispettax il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u timxix mar-regoli u mar-regolamenti stabbiliti dwar l-infiq.
Il-Parlament jagħti approvazzjoni separata għall-ġestjoni tal-baġit ġenerali lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-aġenziji deċentralizzati u lill-impriżi konġunti.
Għal aktar informazzjoni dwar