Il-persunal tal-Membri tal-PE 

Il-Membri tal-PE huma liberi li jagħżlu persunal imħallas minn allokazzjoni baġitarja fix-xahar stabbilita mill-Parlament Ewropew.


Il-Membri kollha tal-PE huma intitolati għall-istess ammont u l-ebda waħda minn dawn is-somom ma titħallas direttament lilhom. Ma jistgħux jimpjegaw qraba stretti u l-assistenti jeħtiġilhom ma jinvolvux ruħhom f’attivitajiet li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess.


Il-Parlament jippubblika l-ismijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, tal-assistenti lokali u tal-aġenti tal-ħlas kollha fuq is-sit web tiegħu għat-tul tal-kuntratt tagħhom, sakemm ma jiksbux deroga li tingħata biss għal raġunijiet tal-protezzjoni tas-sigurtà tagħhom debitament ġustifikati.


Aktar informazzjoni