Salarji, pensjonijiet, allowances
Salarji
Il-Membri kollha tal-PE jirċievu l-istess salarju għall-qadi ta’ dmirijiethom. Is-salarji jammontaw għal 38.5% tas-salarju bażiku ta’ mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, kif deskritt fl-Istatut għall-Membri tal-PE (l-Artikolu 10). Is-salarju jitħallas mill-baġit tal-Parlament u huwa soġġett għal taxxa tal-UE u kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jissoġġettaw dan is-salarju għat-taxxi nazzjonali tagħhom.
Għaċ-ċifri attwali, klikkja hawn.
Pensjonijiet
L-eks Membri tal-PE huma intitolati għal pensjoni meta jagħlqu 63 sena, f’konformità mal-Artikolu 14 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew. L-ammont tal-pensjoni huwa ekwivalenti għal 3.5% tas-salarju tagħhom għal kull sena sħiħa fil-kariga u parti waħda minn tnax tagħha għal kull xahar sħiħ ieħor, iżda mhux aktar minn 70% b’kollox.
Allowances
Minbarra s-salarju tagħhom, il-Membri tal-PE, bħall-Membri tal-parlamenti nazzjonali, huma intitolati għal allowances li jkopru l-ispejjeż imġarrba fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari tagħhom, spiss ’il bogħod minn darhom.
Aktar informazzjoni