Mistoqsijiet frekwenti
Dan il-premju għala jismu Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb?
Il-premju jġib isem ix-xjenzjat, dissident u rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi Andrei Sakharov (1921-1989). Il-Parlament Ewropew jagħti dan il-premju lil dawk li, bħal Sakharov, jiddedikaw ħajjithom għall-ġlieda paċifika favur id-drittijiet tal-bniedem.
X'inhuma l-kriterji għan-nominazzjonijiet?
Dan il-premju jingħata għal kisbiet partikolari f'wieħed mill-oqsma li ġejjin: id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għal-libertà ta' espressjoni; is-salvagwardja tad-drittijiet tal-minoranzi; ir-rispett tad-dritt internazzjonali; l-iżvilupp tad-demokrazija u l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt. "Kisba" tfisser kwalunkwe kompożizzjoni intellettwali jew artistika jew xogħol attiv fl-oqsma msemmija hawn fuq.
Min iressaq in-nominazzjonijiet?
In-nominazzjonijiet għall-Premju Sakharov jistgħu jsiru mill-gruppi politiċi jew minn tal-anqas 40 Membru tal-PE. Membri individwali jistgħu jistgħu jappoġġjaw biss nominazzjoni waħda. Kull proposta trid tkun iffirmata u trid tinkludi evidenza ta' sostenn.
Ir-rebbieħ finali kif jintgħażel?
In-nominazzjonijiet jiġu vvalutati waqt laqgħa konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp. Imbagħad, wara din il-valutazzjoni, iż-żewġ kumitati jivvutaw biex jaslu għal lista ta' tliet kandidati finalisti, f'ordni alfabetiku. Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew - il-korp li jħaddan il-mexxejja tal-gruppi politiċi - jagħżel rebbieħ wieħed.
X'tip ta' premju jieħdu ir-rebbieħa?
Is-somma ta' flus tal-premju hija EUR 50 000.
Il-premju jista' jingħata lil persuni fiżiċi jew lil assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet, irrispettivament minn jekk għandhomx personalità ġuridika. Iċ-ċittadinanza, il-post tar-residenza jew tas-sede tal-kandidati huma irrilevanti.
Ir-rebbieħa jagħtu lill-Parlament istruzzjonijiet dwar il-kont li fih għandu jidħol il-flus tal-premju.
Il-premju jista' jingħata lil persuni fiżiċi jew lil assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet, irrispettivament minn jekk għandhomx personalità ġuridika. Iċ-ċittadinanza, il-post tar-residenza jew tas-sede tal-kandidati huma irrilevanti.
Ir-rebbieħa jagħtu lill-Parlament istruzzjonijiet dwar il-kont li fih għandu jidħol il-flus tal-premju.
X'jiġri wara li jingħata l-premju?
Il-Parlament Ewropew jaħdem mar-rebbieħa fil-Komunità tal-Premju Sakharov, jgħinhom jiddefendu l-kawżi tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom u jappoġġjahom meta jkunu f'riskju jew mhedda. Bħala Ambaxxaturi tal-libertà tal-ħsieb, ir-rebbieħa huma mħeġġa jkomplu jippromwovu d-drittijiet universali tal-bniedem flimkien mal-Parlament Ewropew.
Kuntatti
Kuntatt
DĠ COMM
Parlament Ewropew60 rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 - Bruxelles/Brussell
il-Belġju