1988 - 2000
L-hekk imsejħa "Ommijiet ta' Plaza de Mayo" mexxew moviment ta' reżistenza paċifika kontra d-dittatura militari u r-repressjoni fl-Arġentina b'reazzjoni għall-għajbien furzat u t-tortura tal-avversarji politiċi.
L-ex priġuniera politika Aung San Suu Kyi mexxiet it-taqbida favur id-demokrazija fil-Myanmar/Burma kontra d-dittatorjat militari tal-pajjiż. Peress li kienet taħt arrest f'darha fil-mument tal-premju, hija setgħet tirċievi l-Premju Sakharov personalment 23 sena wara – fit-22 ta' Ottubru 2013.
¡Basta Ya! ("issa biżżejjed") kienet inizjattiva taċ-ċittadini popolari kontra t-terroriżmu u l-vjolenza politika fil-Pajjiż Bask Spanjol.
Xanana Gusmão, li mexxa l-ġlieda ta' Timor Leste favur il-ħelsien u l-awtodeterminazzjoni, sar l-ewwel President tan-nazzjon u aktar tard serva bħala Prim Ministru tiegħu.
B'ħidma bla heda favur id-djalogu u favur is-sejbien ta' soluzzjonijiet paċifiċi, l-ewwel President tal-Kosovo ddedika ħajtu għar-reżistenza mhux vjolenti tal-Albaniżi etniċi kontra l-oppressjoni Serba.
Kap editur tal-gazzetta kritika La Nation u president tal-Assoċjazzjoni għall-Emanċipazzjoni tan-Nisa, Salima Ghezali tiddefendi d-drittijiet tan-nisa, id-demokrazija u d-djalogu politiku fl-Alġerija.
Wei Jingsheng, wieħed mill-mexxejja tal-oppożizzjoni għar-reġim Ċiniż, jitkellem dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jiġġieled għad-demokrazija. Il-ħabs u l-eżilju ma rnexxilhomx isikktuh.
Il-ġlieda favur id-demokrazija ta' Leyla Zana, l-ewwel mara Kurda eletta fil-Parlament Tork fl-1991, tissimbolizza l-ġlieda tal-poplu tagħha favur id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem.
Eżiljata mill-Bangladesh u l-Bengal minħabba l-opinjonijiet sekulari tagħha, il-kittieba Taslima Nasreen tiġġieled kontra l-oppressjoni tan-nisa u topponi kull forma ta' estremiżmu reliġjuż.
Il-ġurnalisti ta' Oslobođenje, gazzetta ta' Sarajevo, issugraw ħajjithom jiġġieldu biex iżommu l-għaqda u d-diversità etnika ta' pajjiżhom waqt il-gwerra fl-ex Jugoslavja.
"Il-Mandela tal-Balkani" ħa l-pożizzjoni tiegħu kontra r-ripressjonijiet ħarxa tar-reġim Serb, u ddedika ruħu għall-promozzjoni tat-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni etnika fil-Kosovo.
Dubček kien personaġġ ewlieni fir-Rebbiegħa ta' Praga, li ħadem qatigħ għal riforma demokratika u ekonomika. Huwa kompla jiġġieled favur il-libertà, is-sovranità u l-ġustizzja soċjali matul ħajtu kollha.
Anatoli Marchenko, ex-dissident tal-Unjoni Sovjetika li ħareġ fid-dieher il-kundizzjonijiet orribbli li fihom il-priġunieri politiċi kienu jinżammu l-ħabs, ġie nominat minn Andrei Sakharov innifsu.
Figura leġġendarja tal-ġlieda kontra r-razziżmu, Nelson Mandela mexxa t-tranżizzjoni storika tal-Afrika t'Isfel mill-apartheid għal demokrazija li tinkludi r-razez kollha u ppromwova opportunitajiet indaqs u paċi għal kulħadd.
Kuntatti
60 rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 - Bruxelles/Brussell
il-Belġju
Links
Il-Parlament Ewropew kif jappoġġja d-drittijiet tal-bniedem?
- Karta tad-Drittijiet Fundamentali
- Il-Parlament Ewropew u d-drittijiet tal-bniedem
- Is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem
- Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
- Riżoluzzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem
- Sit web tal-osservazzjoni elettoralihttp://www.europarl.europa.eu/intcoop/election_observation/default_en.htm
- Rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem