Dwarna
Diskors ta’ Merħba
Merħba fis-sit web tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT), fejn issib informazzjoni dwar il-ħidma tagħna bħal aġendi tal-laqgħat, abbozzi ta' rapporti u emendi. Hawn issib ukoll dettalji rilevanti relatati mal-Membri tal-Kumitat. Il-Kumitat tagħna huwa responsabbli mill-aspetti kulturali kollha tal-Unjoni inklużi l-wirt kulturali, id-diversità kulturali u lingwistika u l-kreazzjoni artistika. Fl-ambitu ta' kompetenza tal-Kumitat hemm ukoll il-politika tal-edukazzjoni tal-Unjoni, li tinkludi ż-żona Ewropea ta' edukazzjoni għolja u l-promozzjoni tas-sistema ta' skejjel Ewropej, flimkien mat-tagħlim tul il-ħajja. Barra minn hekk, il-Kumitat għandu rwol fl-iżvilupp tal-politiki fl-oqsma ewlenin tas-settur awdjoviżiv, l-informazzjoni u l-midja, iż-żgħażagħ u l-isports.
Il-Parlament Ewropew għandu l-istess rwol bħall-gvernijiet tal-Istati Membri fl-adozzjoni ta' liġijiet ġodda u fis-superviżjoni tal-programmi tal-Unjoni bħall-programm Erasmus+, il-programm Ewropa Kreattiva u l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.
Huwa ta' unur għalija li nkun il-President ta' dan il-Kumitat importanti; Biħsiebni niżgura li matul l-10 leġiżlatura naħdmu lejn aġenda strateġika orjentata lejn il-futur u koordinazzjoni politika ta' livell għoli tas-setturi fl-ambitu ta' kompetenza tagħna. aġenda strateġika orjentata lejn il-futur u koordinazzjoni politika ta' livell għoli tas-setturi taħt il-kompetenza tagħna.
Nela Riehl
President, Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni